top of page

GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA
BANDA SAN MIKIEL
ŻABBAR - A.D. 1883
Search


Min kien Alessio Erardi?
Alessio Erardi kien wieħed mill-aktar artisti Maltin distinti tal-perjodu Barokk. Imwieled fl-1669, kien iben il-pittur magħruf Stefano Erardi, mingħandu kiseb l-ewwel tagħlim artistiku. Bejn l-1695 u l-1701 qatta’ madwar ħames snin u nofs f’Ruma, fejn kompla jistudja u ġie influwenzat mill-arti Barokka Taljana, b’mod partikolari mill-istil ta’ Mattia Preti. Interessanti li, għalkemm hu magħruf bħala Alessio Erardi, ir-reġistru tal-magħmudija tiegħu juri li ngħata l-isem Gius
2 days ago1 min read


Kont taf li titlu tal-Madonna tal-Karmnu ġej minn muntanja?
Pittura tal-Madonna tal-Karmnu - Francesco Zahra, li tinsab fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Zabbar Fis-seklu tnax, eremiti nsara marru jgħixu ħajja ta’ talb u ġabra fuq għolja tal-Karmelu, f’Iżrael; l-istess għolja li fuqha l-Profeta Elija kien talab għax-xita għax l-art kienet niexfa qoxqox. L-eremiti nsara kienu xebbhu s-sħaba żgħira li kien ra Elija mal-Madonna, Omm Alla, li ġabet il-ħajja fid-dinja li kienet mejta bid-dnub, u bdew jonoraw lill-Madonna b’titlu ġdid,
4 days ago1 min read


“‘L-iskarpan b’żarbun imqatta’ joqgħod’ – ma japplikax għalija” Twanny
F’ħanut ċkejken fi Triq il-Grazzji, jilqgħek raġel bi tbissima, li ħafna minna xi darba jew oħra morna, jew għadna morru b’xi żarbun jew b’xi basket biex jirranġah. Dan huwa Twanny l-iskarpan. Twanny kien bravu fl-iskola; imma ma kompliex bl-istudju tiegħu, għaliex ried imur jaħdem biex jixtri kitarra. Kien żmien il-Beatles, u sħabu tax-xogħol kienu laqqmuh il-Beatlu. “Konna ffurmajna grupp indoqqu ġo garaxx; imma meta miet ħija fuq il-post tax-xogħol, sfrattajna”. L-ewwel
Jul 51 min read


Minn fejn ġej il-laqam “Tal-Bajda”?
Il-laqam “Tal-Bajda” ilu jakkumpanja lis-soċjetà għal ħafna snin. Hemm diversi kitbiet jew stejjer li ġew irrakkuntati minn ta’ qabilna minn fejn oriġina, għalkemm diffiċli jiġi stabbilit b’ċertezza liema waħda hija l-verżjoni korretta, kollha jiffurmaw parti mill-folklor u l-identità tal-Għaqda. L-ewwel verżjoni torbot il-laqam mal-firda li seħħet fi ħdan is-Società Filarmonica del Zabbar. Jingħad li wara din il-firda, is-Soċjetà riedet turi l-indipendenza tagħha mill-Banda
Jul 31 min read


Pjazza San Ġakbu u l-għajdut tal-pesta tal-1813
Bertu Baron Xi snin ilu, fi Pjazza San Ġakbu, Bertu Baron li twieled fl-1933, irrakkontali dak li kienet tgħidlu nanntu. Skont ma kienet qaltlu, il-knisja ċkejkna ddedikata lil San Ġakbu l-Kbir kienet fejn illum tittella’ l-istatwa tal-Madonna tal-Assedju. Kien qalli wkoll li ġiet abbandunata għax, waqt il-pesta tal-1813, indifnet fiha persuna vittma tal-pesta, u minn hemm ’il quddiem in-nies beżgħu jidħlu fiha. Din it-tradizzjoni tinsab ukoll għand E. B. Vella, li fl-1926 ki
Jul 11 min read


25 sena mill-mewt ta’ Dun Frans Buhagiar
1953 - it-Tieni Anniversarju mill-Inkurunazzjoni - Dun Frans Buhagiar iġorr ix-xbieha tal-Madonna tal-Grazzja li tqegħdet f'Bieb Notre Dame - Bieb is-Sultan Illum jaħbat il-25 sena mill-mewt ta’ Dun Frans Buhagiar, saċerdot Żabbari, li kien devot kbir tal-Ewkaristija u tal-Madonna. Dun Frans twieled fit-18 ta’ Novembru 1918, u hu iben Alfonso Buhagiar u Ida neé Pezza. Peress li ommu kienet Taljana, mhux l-ewwel darba kienu jsibuh Dun Frans tat-Taljana. Sa minn età żgħira kell
Jun 281 min read


L-Isqfijiet Preżenti għall-Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar
L-isqfijiet quddiem id-dar li għexu fiha flimkien mal-Kappillan u s-sidien L-Inkurunazzjoni solenni tal-kwadru mirakoluż tal-Madonna tal-Grazzja kienet waħda mill-akbar ġrajjiet reliġjużi fl-istorja ta’ Ħaż-Żabbar u tal-Knisja f’Malta. Iċ-ċerimonja kienet immexxija mill-Arċisqof Metropolita Sir Mikiel Gonzi, li kien hu stess li qiegħed il-kuruni fuq ras il-Madonna u l-Bambin Ġesù, assistit mill-Isqof Awżiljarju ta’ Malta, Monsinjur Emmanuele Galea, u mill-Isqof ta’ Għawdex Mo
Jun 261 min read


Pjazza San Ġakbu: ċentru antik ta’ Ħaż-Żabbar
Aktar ’l isfel minn Misraħ is-Sliem insibu fetħa oħra magħrufa bħala Pjazza San Ġakbu. Fl-imgħoddi, dan l-ispazju kien il-qalba ta’ Ħaż-Żabbar, u ismu ġej minn knisja ċkejkna ddedikata lill-Appostlu San Ġakbu l-Kbir li darba kienet tinsab f’dan il-post. Qabel Ħaż-Żabbar twaqqaf bħala parroċċa għalih fl-1616, din il-knisja kienet taqdi l-ħtiġijiet spiritwali taż-Żabbarin li kienu jgħixu fl-inħawi. Minnha kienu jirċievu s-sagramenti permezz ta’ Dun Melchior Lia, u quddiemha kie
Jun 241 min read


Il-Misraħ: spazju, storja u identità Żabbarija
Sa mit-twaqqif tagħha, l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel kienet stabbilita fl-inħawi ta’ Ħaż-Żabbar magħrufa bħala l-Misraħ. Matul is-snin, dan il-post serva bħala spazju importanti għall-attivitajiet kulturali u soċjali tal-Għaqda inkluż il-Kunċert Annwali tant mistenni fuq il-Planċier artistiku, kif ukoll għall-ħajja komunitarja taż-Żabbarin. Fl-irħula Maltin, kont issib dawn il-pjazez u msieraħ li kienu propjetà pubblika fejn l-abitanti kienu jagħmlu l-kummerċ
Jun 232 min read


Għalfejn l-inkwadru tal-Madonna tal-Grazzja ġie inkurunat?
L-Arċisqof Mikiel Gonzi jinkuruna x-xbieha ta' Ġesu' tarbija Meta inkwadru tal-Madonna jiġi inkurunat, dan isir bħala att ta’ venerazzjoni u mħabba kbira lejn Omm Alla. Din l-imħabba jkollha sens jekk qabel ikollha devozzjoni u relazzjoni ma’ binha Ġesù. L-inkurunazzjoni ta’ 75 sena ilu fil-Parroċċa tagħna tissejjaħ Inkurunazzjoni Kanonika: privileġġ mogħti mill-Papa jew mill-Kapitlu tal-Vatikan. Dan juri lil Marija bħala Sultana tas-sema u l-art, kif ukoll il-Vatikan irriko
Jun 222 min read


Xhieda ta’ Għaqda: Il-Kapitlu ta’ Birkirkara u l-Inkurunazzjoni
L-Inkurunazzjoni solenni tal-Madonna tal-Grazzja kienet avveniment li ġabar flimkien mhux biss il-parroċċa Żabbarija, iżda l-Parroċċi Maltin. F’ittra ddatata fil-25 ta’ Ġunju 1951, il-kappillan Dun Ġużepp Zarb stieden lill-kapitlu ta’ Birkirkara biex jieħu sehem fil-funzjonijiet tal-inkurunazzjoni, partikolarment għall-Matutin u ċ-ċelebrazzjonijiet tas-7 u t-8 ta’ Settembru 1951, liema talba ġiet aċċettata. Il-minuti kapitulari ta’ Birkirkara juru wkoll kif il-kapitlu kien in
Jun 191 min read


Fuq il-Baħar mal-Kursara Żabbarin
Galjotta tal-Gran Mastru Pinto mmexxija mill-Kursar Kaptan Pietro Zelalich tattakka bastiment Ottoman fl-1763 (Pittura fil-kollezzjoni Nazzjonali) Qabel il-miġja tal-Kavallieri fl-1530, Maltin diġà kienu jiksbu liċenzji għall-korso. Din kienet attività awtorizzata b’liċenzja mill-ħakkiem biex bastimenti privati jattakkaw u jaħtfu ġid u nies mingħand l-għadu. Taħt l-Ordni ta’ San Ġwann, din l-attività kibret ħafna, speċjalment kontra l-Istat Ottoman u l-kummerċ Musulman. Il-ko
Jun 182 min read


Minn films nhar ta’ Ħadd għall-festin
Is-sala parrokkjali Notre Dame, magħrufa wkoll bħala s-Sala tal-Kappillan, kienet wieħed mill-proġetti ewlenin tal-Kappillan Dun Ġużepp Zarb matul il-parrokat tiegħu f’Ħaż-Żabbar. Din inbniet biex tipprovdi spazju għall-attivitajiet komunitarji li jsaħħu l-ħajja Nisranija tal-parroċċa. L-ewwel ġebla tqiegħdet fl-4 ta’ Settembru 1955 u tbierket minn Mons. Salv Gatt. Is-sala Notre Dame ġiet inawgurata fl-1958, filwaqt li s-sala t’isfel, iddedikata lil San Ġużepp, infetħet is-se
Jun 171 min read


Minn tħin tal-qamħ għal residenza
Il-qamħ kien prodott essenzjali fl-iżvilupp tal-bniedem. Dan beda jiġi kkultivat fil-Lvant Nofsani fiż-Żmien Neolitiku madwar 9500 sena Q.K. F’Malta fiż-Żmien Medjavali kien hemm drabi li saret esportazzjoni ta’ qamħ u drabi oħra fejn kien hawn nuqqas tiegħu li wassal għall-ġuħ. F’dawn iċ-ċirkustanzi l-awtoritajiet kienu jordnaw kontrolli ta’ prezzijiet, u saħansitra jordnaw lill-kursara Maltin biex jaqbdu kull bastiment li qed iġorr il-qamħ li jiltaqgħu miegħu irrispettivam
Jun 162 min read


Il-knisja ta’ Sant’Andrija f’Ħaż-Żabbar: sekli ta’ storja
Il-knisja filjali ta’ Sant’ Andrija Din il-knisja tinstab fi Triq Alessio Erardi u fix-xellug tagħha tmiss magħha l-knisja ċkejkna oħra ta’ Santa Duminka u hi dedikata lil Sant Andrija Appostlu. L-ewwel darba li nsibuha dokumentata hi fil-Vista Pastorali tal-Isqof Gargallo fl-1600 li jgħid li kienet fi stat tajjeb u tissakkar b’bieb tal-injam. Kiteb ukoll li din il-knisja kienet inbniet mill-familja Farrugia. Il-knisja kienet tippossedi tomnejn raba’ bil-bjar fihom. Mill-kirj
Jun 111 min read


L-imxija tal-Influwenza Spanjola f’Ħaż-Żabbar tal-1918
Parir mis-Superintendent tas-Saħħa biex ma jinfetħux l-iskejjel f’Settembru 1918 minħabba l-Influwenza Spanjola (Arkivji Nazzjonali ta’ Malta) Fl-1918 Ħaż-Żabbar kellu madwar 7,000 abitant. Il-lokalità kienet qed tieħu dehra aktar moderna: Triq is-Santwarju kienet infetħet fl-aħħar snin tas-seklu dsatax, sqaqien infetħu ma’ toroq prinċipali, u nies mill-ibliet bdew joqogħdu f’inħawi ġodda ’l bogħod mill-Misraħ u l-Biċċieni. F’dak iż-żmien Malta kienet taħt il-ħakma Ingliża, b
Jun 92 min read


Corpus Christi
Illum bħala Nsara qegħdin niċċelebraw is-solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu, magħrufa aktar bħala l-festa ta’ Corpus Christi. Kull sena f’din il-festa solenni, il-Knisja tonora u tiċċelebra l-Preżenza Reali tal-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinità ta’ Ġesù Kristu fl-Ewkaristija. Din il-festa twaqqfet mill-Papa Urbanu IV fl-1264, sena wara li kien seħħ il-miraklu ta’ Bolsena. Fl-1263 saċerdot Ġermaniż, waqt li kien qed jagħmel pellegrinaġġ lejn Ruma, waqaf f’Bolsena biex
Jun 71 min read


Dun Ġużepp Zarb - il-Kappillan tal-Inkurunazzjoni
Dun Ġużepp Zarb, twieled il-Ħamrun nhar is-7 ta’ Diċembru 1912 u kien mgħammed fil-knisja ta’ San Gejtanu fil-11 ta’ Diċembru 1912. Il-ġenituri tiegħu kienu Ġużeppi Zarb u martu Carolina Ciancio. Kien ordnat saċerdot fil-25 ta’ Lulju 1937 mill-Isqof Mikiel Gonzi. Kien jgħallem il-Latin fis-Seminarju sakemm laħaq kappillan ta’ Ħal Kirkop fl-1941. Intbagħat Ħaż-Żabbar b’digriet maħruġ fl-4 ta’ Jannar tal-1943. Dan il-parrokat kien wieħed twil ta’ 32 sena li ġie fi tmiemu fl-197
Jun 61 min read


Kont taf li l-Masġar ta’ San Klement inbeda mill-Għaqda tagħna?
Ftit jafu li l-Masġar ta’ San Klement, wieħed mill-akbar spazji ħodor fin-naħa t'isfel ta' Malta, għandu l-għeruq tiegħu marbutin...
Jul 16, 20251 min read


SEGWI F'DAN L-ARTIKLU FILMATI AWTENTIĊI MIT-TRAĠEDJA TAL-VULCAN F’ĦAŻ-ŻABBAR
Sitta mejta, għoxrin midruba u ħerba f’Ħaż-Żabbar. Il-ġrajja li din is-sena tagħlaq 50 sena u li tibqa’ mnaqqxa fl-istorja ta’ Beltna,...
Jun 26, 20252 min read

bottom of page