L-Isqfijiet Preżenti għall-Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar
- Javan Grech
- 16 minutes ago
- 1 min read

L-Inkurunazzjoni solenni tal-kwadru mirakoluż tal-Madonna tal-Grazzja kienet waħda mill-akbar ġrajjiet reliġjużi fl-istorja ta’ Ħaż-Żabbar u tal-Knisja f’Malta. Iċ-ċerimonja kienet immexxija mill-Arċisqof Metropolita Sir Mikiel Gonzi, li kien hu stess li qiegħed il-kuruni fuq ras il-Madonna u l-Bambin Ġesù, assistit mill-Isqof Awżiljarju ta’ Malta, Monsinjur Emmanuele Galea, u mill-Isqof ta’ Għawdex Monsinjur Ġużeppi Pace.
Għal din l-okkażjoni storika attendew ukoll tliet isqfijiet distinti minn Sqallija, mistiedna apposta biex jieħdu sehem fil-festi tal-Inkurunazzjoni. Dawn kienu Monsinjur Guido Luigi Bentivoglio, Arċisqof Koadjutur ta’ Catania, Monsinjur Ettore Baranzini, Arċisqof ta’ Sirakuża, u Monsinjur Angelo Calabretta, Isqof ta’ Noto. Il-preżenza tagħhom tat dimensjoni internazzjonali lil din l-okkażjoni tant għażiża għaż-Żabbarin u għall-poplu Malti kollu.
Interessanti li dawn it-tliet isqfijiet Sqallin ma qagħdux f’lukanda jew f’residenza ekkleżjastika, iżda kienu ospitati f’dar privata f’Ħaż-Żabbar, fejn għexu matul iż-żjara tagħhom f’Beltna.
Inħeġġukom tingħaqdu magħna nhar it-Tnejn, 29 ta’ Ġunju, fit-8.15pm ġewwa Misraħ San Ġakbu għall-ispettaklu mużikali “Inkurunata” għall-opportunità li tisimgħu informazzjoni esklussiva dwar din id-dar storika u dwar iż-żmien li dawn l-isqfijiet qattgħu fiha waqt il-festi memorabbli tal-Inkurunazzjoni.










Comments