top of page
kalc.png

Il-Ġrajja Tant Għażiża – 75 Sena mill-Inkurunazzjoni

Sep 2
1 min read

Illum Ħaż-Żabbar ifakkar waħda mill-isbaħ u l-aktar ġrajjiet għeżież fl-istorja tiegħu: il-75 anniversarju mill-Inkurunazzjoni Solenni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja, meqjum għal sekli sħaħ bi mħabba u devozzjoni fis-Santwarju għażiż tagħha.


Kien proprju bħal-lum, it-2 ta’ Settembru 1951, meta folla kbira nġabret f’Ħaż-Żabbar għal din il-ġrajja storika. F’ċerimonja solenni, il-Kwadru tal-Madonna tal-Grazzja ġie inkurunat mill-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi, fost il-ferħ, it-talb u d-devozzjoni tal-poplu Żabbari.


Is-Soċjetà Filarmonica San Mikiel daqqet għall-ewwel darba l-Innu Klassiku u Uffiċjali tal-Inkurunazzjoni, filwaqt li żanżnet ukoll standard ġdid ippreżentat mill-Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier u mbierek mill-Arċisqof Mikiel Gonzi.


75 sena wara, dik il-ġrajja għadha ħajja fina.


Illejla nkomplu niktbu l-istorja flimkien hekk kif il-Warda tad-Deheb, li nhar il-Ħadd ser tiġi ppreżentata quddiem il-Kwadru tal-Madonna tal-Grazzja, itterraq mat-toroq Żabbarin.


Illejla mis-6.30pm ’l quddiem; mument ieħor speċjali għal Beltna u għal Ommna tal-Grazzja.

 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2026 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page