top of page
kalc.png

25 sena mill-mewt ta’ Dun Frans Buhagiar


1953 - it-Tieni Anniversarju mill-Inkurunazzjoni - Dun Frans Buhagiar iġorr ix-xbieha tal-Madonna tal-Grazzja li tqegħdet f'Bieb Notre Dame - Bieb is-Sultan
1953 - it-Tieni Anniversarju mill-Inkurunazzjoni - Dun Frans Buhagiar iġorr ix-xbieha tal-Madonna tal-Grazzja li tqegħdet f'Bieb Notre Dame - Bieb is-Sultan

Illum jaħbat il-25 sena mill-mewt ta’ Dun Frans Buhagiar, saċerdot Żabbari, li kien devot kbir tal-Ewkaristija u tal-Madonna.


Dun Frans twieled fit-18 ta’ Novembru 1918, u hu iben Alfonso Buhagiar u Ida neé Pezza. Peress li ommu kienet Taljana, mhux l-ewwel darba kienu jsibuh Dun Frans tat-Taljana. Sa minn età żgħira kellu xewqa li jsir qassis. Beda s-Seminarju f’Malta, iżda minħabba l-gwerra, u l-fatt li l-familja tiegħu marret tgħix ġewwa Għawdex, hu kellu jmur ikompli l-istudju tiegħu fis-Seminarju ta’ Għawdex. Huwa ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Awwissu 1943 mill-Isqof Mons. Mikiel Gonzi, (dak iż-żmien kien Isqof ta’ Għawdex) fil-Kappella tas-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, Rabat Għawdex. Fil-5 ta’ Settembru 1943, Dun Frans iċċelebra l-ewwel Quddiesa solenni tiegħu fis-Santwarju. 


Dun Frans kien devot kbir tal-Madonna tal-Grazzja, u flimkien mal-mibki l-Kappillan Mons. Gużeppi Zarb, ħadem ħafna biex il-Madonna tiġi inkurunata. Kien jirsisti biex jinġabru diversi għotjiet ħa jsiru opri fil-Knisja, fosthom għall-pedestal tal-fidda għall-vara tal-Madonna tal-Grazzja. 


Dmugħ minn għajnejh kien jaqbeż hekk kif ix-xbieha tal-Madonna tal-Grazzja kienet titfaċċa fil-bieb tas-Santwarju; kif ukoll kont tarah jinsisti jħabbat bieb bieb biex jiġbor għall-fjuri tal-Kwaranturi, u l-festa ta’ Corpus u l-Qalb ta’ Ġesù. Dun Frans Buhagiar miet bħal llum 28 ta’ Ġunju, 2001.

Nistednukom biex għada tingħaqdu magħna fi Pjazza San Ġakbu għall-ispettaklu mużikali “Inkurunata”, biex infakkru dak li missirijietna, fosthom Dun Frans ħadmu għalih.


 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page