top of page

GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA
BANDA SAN MIKIEL
ŻABBAR - A.D. 1883
Search


Illejla l-Akkademja Mużikali 'Ecce Mater Tua'
Illejla, il-Parroċċa Flimkien mal-Kor Parrokjali Notre Dame se tippreżenta l-Akkademja Mużikali 'Ecce Mater Tua', bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-75 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja. L-A kkademja se ssir fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar, fit-8.00pm, u se tlaqqa’ flimkien il-Kor u l-Orkestra Notre Dame taħt il-patroċinju tal-E.T. Mons. Isqof Sandro Overend Rigillo O.F.M., Vigarju Appostoliku ta’ Benghazi. Din l-akkadem
Aug 271 min read


Iż-Żabbari Brother Edward Galea jagħlaq 102 sena illum
Brother Edward Galea, wieħed minn ulied il-Misraħ f’Ħaż-Żabbar, jagħlaq 102 sena, wara ħajja straordinarja li ħaditu minn Ħaż-Żabbar sal-Ewropa fi żmien il-gwerra, u lura Malta għal aktar minn seba’ deċennji ta’ servizz fl-edukazzjoni. Imwieled bħala Anthony Galea fis-16 ta’ Awwissu 1924, ta’ 14-il sena telaq minn Malta lejn Franza biex jibda l-formazzjoni tiegħu mal-Frères. Hemmhekk sab ruħu proprju f’nofs it-Tieni Gwerra Dinjija. Waħda mill-aktar ġrajjiet inkredibbli ta’ ħa
Aug 161 min read


Qattgħu Santa Marija jżejnu Ħaż-Żabbar
Ilbieraħ, f’jum il-festa ta’ Santa Marija, tim sabiħ ta’ voluntiera għażel li jqatta’ ġurnata sħiħa jaħdem b’ħeġġa għall-festa tant għażiża għalina. Minn kmieni filgħodu, żgħażagħ u oħrajn akbar, ingħaqdu flimkien sabiex iżejnu diversi nħawi ta’ Ħaż-Żabbar u jkomplu jħejju lil Beltna għall-jiem tant mistennija tal-festa. Ftit ftit, Ħaż-Żabbar beda jilbes il-libsa ħadra tiegħu; il-kulur tal-maġġoranza. Kienet ġurnata oħra ta’ ħidma volontarja, għaqda u dedikazzjoni, fejn kulħa
Aug 161 min read


Illejla fuq TVM: 75 Sena Inkurunata – Is-Santwarju Bħal Qatt Qabel
Illejla, fid-8.45pm fuq TVM, tixxandar l-Akkademja Mużikali “75 Sena Inkurunata – Is-Santwarju Bħal Qatt Qabel”, okkażjoni speċjali mtella’ mill-Banda San Mikiel fl-okkażjoni tal-75 sena anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari t’Ommna tal-Grazzja. Akkademja li rat lis-Santwarju jinbidel f’esperjenza mużikali u artistika, fejn il-mużika, il-kant u d-devozzjoni ngħaqdu flimkien f’serata li fissret ħafna għall-komunità Żabbarija. Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Diret
Aug 151 min read


L-Ingravati tal-Għaqdiet Imbierka mill-Papa
Din il-ġimgħa Ħaż-Żabbar għex mument ieħor storiku, hekk kif il-Warda tad-Deheb, li se tiġi rregalata lill-Madonna tal-Grazzja nhar is-6 ta’ Settembru, ġiet ippreżentata lill-Papa Ljun XIV mill-Arċipriet tal-Parroċċa, Dun Roderick Camilleri, waqt udjenza fil-Vatikan. Preżenti għal din l-okkażjoni speċjali kien hemm ukoll il-Presidenti taż-żewġ għaqdiet soċjali u mużikali ta’ Ħaż-Żabbar. Waqt l-udjenza mal-Papa, il-Presidenti ppreżentaw l-ingravati rispettivi tal-għaqdiet tagħ
Aug 141 min read


Bħal-lum xahar tal-Grazzja tterraq ma’ Ħaż-Żabbar
Bħal-lum xahar, Ħaż-Żabbar ikun qed jgħix wieħed mill-isbaħ u l-aktar mumenti mistennija tas-sena: il-Festa t’Ommna tal-Grazzja. Bħal-lum xahar, il-vara devota tal-Madonna tal-Grazzja toħroġ mis-Santwarju u tterraq qalb it-toroq u l-pjazez Żabbarin, akkumpanjata minn mijiet ta’ devoti li jimxu warajha f’lejla mimlija devozzjoni u mħabba lejn Ommna tal-Grazzja. Din is-sena, din il-ġurnata se jkollha tifsira aktar speċjali hekk kif qed infakkru l-75 sena anniversarju mill-Inkur
Aug 131 min read


Kliem ta’ tifħir għall-Akkademja Mużikali tal-Bieraħ
Serata li tibqa’ mnaqqxa fl-istorja tal-Għaqda u ta’ Beltna. Hekk bosta qed jiddeskrivu l-Akkademja Mużikali li saret ilbieraħ fis-Santwarju t’Ommna tal-Grazzja. L-Akkademja Mużikali, imtellgħa mill-Banda San Mikiel fl-okkażjoni tal-75 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari t’Ommna tal-Grazzja, kienet suċċess ieħor li kompla jixhed il-ħidma, id-dedikazzjoni u l-livell mużikali li tħaddan l-Għaqda tagħna. Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Matthew Grech,
Aug 81 min read


It-Tnedija Uffiċjali tal-Festa – Żomm it-13 ta’ Awwissu Vojta
Eżatt xahar qabel il-festa tant mistennija tal-Madonna tal-Grazzja, l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel se tkun qed tniedi uffiċjalment il-programm tal-attivitajiet tal-festa 2026 permezz ta’ serata differenti u b’kunċett ġdid. Nhar il-Ħamis 13 ta’ Awwissu, mit-8:00pm ’l quddiem, Verde Club Lounge se jilqa’ din l-attività speċjali li se tagħti bidu uffiċjali għall-kalendarju tal-festa. F’atmosfera eleganti, dawk preżenti se jkunu fost l-ewwel li jiskopru dak li l-Għ
Aug 21 min read


Is-soċi japprovaw il-Programm tal-Festa tal-75 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni
Il-Ħadd li għadda, waqt Laqgħa Ġenerali tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel, is-soċi approvaw uffiċjalment il-programm tal-attivitajiet għall-festa ta’ din is-sena, li se tkun waħda storika għal Ħaż-Żabbar. Din is-sena, il-komunità Żabbarija se tkun qed tiċċelebra l-75 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja, ġrajja li tibqa’ mnaqqxa fil-memorja kollettiva tal-poplu tagħna. Għal din l-okkażjoni speċjali, l-Għaqda ħejjiet progra
Jul 291 min read


Noel, għamilli kilo qagħaq tal-ħmira!
Noel ibigħ quddiem il-każin Kull nhar ta’ Ħamis u s-Sibt filgħodu, fil-Misraħ, quddiem il-każin, dejjem tara vann abjad, bi kju ta’ nies biex jixtru ħlewwiet. “Noel, għamilli kilo qagħaq tal-ħmira!”. Noel huwa t-tielet ġenerazzjoni fil-familja tiegħu li kompla dan il-mistier. “Hawnhekk kien jiġi jbigħ anke n-nannu tiegħi, bil-karrettun.” Fis-sajf, meta Noel kien għadu żgħir, kien ikun il-għors tiegħu li jiġi ma’ missieru, li aħna Żabbarin konna nsibuh bħala ‘l-Ġinġer’. Noel s
Jul 281 min read


Bħal-lum Xahar – Il-Marċ il-Kbir ta’ San Mikiel
Bħal-lum xahar, Ħaż-Żabbar jerġa’ jitlibbes il-lewn aħdar għall-marċ tant mistenni tas-sena. It-toroq ċentrali ta’ Ħaż-Żabbar jimtlew bil-briju hekk kif il-Banda San Mikiel tilqa' mijiet ta’ partitarji u Żabbarin għal waħda mill-isbaħ ġranet fil-kalendarju tal-Għaqda. Il-Marċ il-Kbir ta’ San Mikiel illum stabilixxa ruħu bħala tradizzjoni li ħafna jqisuha bħala t-tieni 'Te Deum'. Huwa jum fejn il-qalb tal-poplu Żabbari tħabbat għal-lewn ħadran. Matul il-marċ, il-Banda San Miki
Jul 231 min read


Illejla jibda 'Ma Tagħmlu Xejn' fuq TVM – Darren Bonavia jirrappreżenta lill-Għaqda tagħna
Illejla fuq TVM jibda jixxandar 'Ma Tagħmlu Xejn', il-kwiżż il-ġdid iddedikat għall-Festa Maltija, programm li se jgħaqqad tagħrif, sfidi, daħk u passjoni għall-wirt kulturali tagħna. Il-programm, ippreżentat minn Ron Briffa, se jixxandar kull nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa fid-9.15pm. L-Għaqda tagħna se tkun irrappreżentatha minn Darren Bonavia, li llejla se jikkompeti fl-ewwel programm. Dan il-programm għandu wkoll tifsira speċjali għall-Għaqda tagħna, hekk kif tim ta’ vol
Jul 201 min read


Il-Banda taż-Żabbarin fil-festa ta’ San Ġużepp f’Ħal Kirkop
Ta’ kull sena l-Banda San Mikiel tagħti servizz fil-Festa ta’ San Ġużepp. Dan is-servizz imur lura għal aktar minn erbgħin sena. Tul is-snin, il-Banda San Mikiel kienet preżenti b’mod kostanti, u tat servizz mużikali ta’ livell għoli permezz ta’ marċi brijużi, programmi strumentali u l-Innu kbir tas-Surmast Abela Scolaro li flimkien mal-kant tal-Kor tal-Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar, il-Kor Notre Dame, jakkumpanjaw il-purċissjoni ta’ San Ġużepp. Is-sehem tagħha jżid mal-atmosfera t
Jul 121 min read


Esperjenza s-Santwarju Bħal Qatt Qabel
Instagram: @maltesegirl_ Hekk kif Ħaż-Żabbar qed ikompli jgħix sena storika ta' tifkira u ċelebrazzjoni, il-Banda San Mikiel qed tħejji wieħed mill-aktar avvenimenti prestiġjużi fil-programm kommemorattiv tal-75 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja. Nhar il-Ġimgħa 7 ta' Awwissu 2026, mis-8.00pm 'l quddiem, il-Knisja Arċipretali u Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja se tiftaħ il-bibien tagħha għall-Akkademja Mużikali bl-isem "75 Sena Inkur
Jul 91 min read


CD ġdida – Innijiet lill-Madonna tal-Grazzja
Din is-sena, fl-okkażjoni tal-festi tal-Anniversarju tal-Inkurunazzjoni, il-Banda San Mikiel se ttella' kunċert speċjali b’innijiet Marjani li jinsabu fl-arkivju mużikali tagħha. Uħud minn dawn l-innijiet, li jmorru lura għal aktar minn mitt sena u ilhom ma jindaqqu għal ħafna snin, ġew irrekordjati mill-Banda San Mikiel bħala tifkira. Fosthom insibu kompożizzjonijiet ta' surmastrijiet prominenti bħal Mro Carlo Diacono, Mro Lorenzo Galea u Mro Antonio Micallef. Dawn l-innijie
Jun 272 min read


€29,455 Miġbura b’Suċċess fil-Maratona “Bi Ħġarna għall-Festa”
Matul is-sitt edizzjoni tal-Maratona ta’ Ġbir ta’ Fondi “Bi Ħġarna għall-Festa”, inġabret b’suċċess is-somma sabiħa ta’ €29,455. Dan ir-riżultat huwa frott il-ġenerożità tal-partitarji u ż-Żabbarin li għal darb’oħra wieġbu għall-appell tagħna u taw is-sehem tagħhom sabiex il-ħidma għall-Festa 2026 tkun tista’ tibda fuq pedament sod. Din is-somma se twitti t-triq għal ħafna xogħol u preparazzjonijiet li diġà bdew għaddejjin. Fosthom l-organizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ qabel
Jun 151 min read


L-umbrelel ikkuluriti mill-ġdid f’Ħaż-Żabbar
Wara s-suċċess tas-snin li għaddew, iż-Żabbar Street Festival jerġa’ jirritorna nhar is-Sibt 13 ta’ Ġunju, b’programm varjat ta’ attivitajiet u attrazzjonijiet li se jagħtu l-ħajja lit-toroq u l-pjazez ewlenin ta’ Ħaż-Żabbar. L-attivitajiet jibdew mis-7:30pm ’l quddiem u huma maħsuba biex joffru esperjenza għall-familja kollha. It-tfal se jkunu jistgħu jgawdu minn diversi logħob u attrazzjonijiet, filwaqt li l-familji kollha jkollhom l-opportunità jqattgħu serata f’ambjent ri
Jun 101 min read


ILLUM 100 JUM GĦALL-FESTA
100 jum għall-festa – pass ieħor importanti fil-mixja lejn ċelebrazzjoni storika u memorabbli. Din is-sena qed infakkru b’ħeġġa kbira l-75 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja, avveniment li ħalla marka fil-qalb tal-poplu Żabbari. Din is-sena l-Għaqda tagħna, flimkien mal-voluntiera fi ħdanha, qed jaħdmu bla waqfien għall-organizzazzjoni ta’ festa memorabbli, b’inizjattivi uniċi u avvenimenti storiċi li se jkomplu jagħmlu l-festa tagħna
Jun 51 min read


Bħal illum xahar nilqgħu fostna lill-Ommna tal-Grazzja
Bħal illum xahar, il-komunità Żabbarija tkun mimlija emozzjoni u ħerqana sabiex tilqa' fostna lill-Ommna tal-Grazzja. Minn taħt...
Aug 4, 20251 min read


Stennija għal Festa Mimlija Inizjattivi, Attivitajiet u Sorpriżi
Ilbieraħ, is-soċi tal-Għaqda tagħna approvaw programm estensiv ta’ attivitajiet, inizjattivi u sorpriżi li ser jiffurmaw parti mill-festa...
Jul 28, 20252 min read

bottom of page