Bħal-lum xahar tal-Grazzja tterraq ma’ Ħaż-Żabbar
- Zabbar.MT Team

- Aug 13
- 1 min read

Bħal-lum xahar, Ħaż-Żabbar ikun qed jgħix wieħed mill-isbaħ u l-aktar mumenti mistennija tas-sena: il-Festa t’Ommna tal-Grazzja.
Bħal-lum xahar, il-vara devota tal-Madonna tal-Grazzja toħroġ mis-Santwarju u tterraq qalb it-toroq u l-pjazez Żabbarin, akkumpanjata minn mijiet ta’ devoti li jimxu warajha f’lejla mimlija devozzjoni u mħabba lejn Ommna tal-Grazzja.
Din is-sena, din il-ġurnata se jkollha tifsira aktar speċjali hekk kif qed infakkru l-75 sena anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari t’Ommna tal-Grazzja. Anniversarju storiku li qed jgħaqqad flimkien sensiela ta’ inizjattivi reliġjużi, kulturali, mużikali u soċjali mifruxa fuq diversi ġimgħat.
Illejla nagħtu bidu għal dan ix-xahar speċjali! Ingħaqdu magħna għat-Tnedija tal-Festa 2026, illejla mit-8.00pm fil-Verde Club Lounge, biex flimkien nagħtu bidu għal xahar sħiħ ta’ festa, tradizzjoni u ċelebrazzjonijiet.










Comments