CD ġdida – Innijiet lill-Madonna tal-Grazzja
- Javan Grech
- 1 day ago
- 2 min read

Din is-sena, fl-okkażjoni tal-festi tal-Anniversarju tal-Inkurunazzjoni, il-Banda San Mikiel se ttella' kunċert speċjali b’innijiet Marjani li jinsabu fl-arkivju mużikali tagħha. Uħud minn dawn l-innijiet, li jmorru lura għal aktar minn mitt sena u ilhom ma jindaqqu għal ħafna snin, ġew irrekordjati mill-Banda San Mikiel bħala tifkira. Fosthom insibu kompożizzjonijiet ta' surmastrijiet prominenti bħal Mro Carlo Diacono, Mro Lorenzo Galea u Mro Antonio Micallef.
Dawn l-innijiet ġew interpretati minn numru ta' kantanti rinomati, fosthom it-tenur Charles Vincenti, is-soprani Mardy Farrugia u Tracy Galea Tabone, kif ukoll il-kantanti Mariah Gerada, Jack Buhagiar u Valentina Louise Mifsud Parker. L-akkumpanjamenti mużikali ġew esegwiti mill-Banda San Mikiel taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur, Mro Matthew Grech.
Is-CD INKURUNATA, innijiet lill-Madonna tal-Grazzja tinkludi dawn il-kompożizzjonijiet:
Tislima lill-Madonna tal-Grazzji - mużika ta' Mro Lorenzo Galea
Dejjem Rebbieħa – mużika ta' Mro Matthew Grech u lirika ta' Alan Joseph Buhagiar.
Inno Madonna della Gratiae – mużika ta' Mro Antonio Micallef.
Ave Maria – mużika ta' Mro Carlo Diacono, b'arranġament għall-banda minn Mro David Agius.
Innu Tislima lill-Madonna tal-Grazzja – mużika ta' Dun Karm, arranġament għall-banda ta' Mro Adeodato Gatt u lirika tal-Kav. Karmenu Ellul Galea.
Insellmulek Omm tal-Grazzji – mużika ta' Mro Charles Wallace Suda u lirika tal-Kav. Karmenu Ellul Galea.
Innu Ommna tal-Grazzji – mużika ta' Mro David Agius u lirika ta' Mary Grace Pisani.
Mimlija bil-Grazzja – mużika ta' Mro Matthew Grech u lirika ta' Alan Joseph Buhagiar.
Innu Popolari tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel – mużika ta' Mro David Agius u lirika ta' Mary Grace Pisani.
Innu Popolari lil Ommna tal-Grazzji – mużika ta' Mro Matthew Grech u lirika ta' Dorianne Grech Coleiro u Alan Joseph Buhagiar.
Din is-CD bl-innijiet Marjani se tkun qed tiġi mnedija nhar it-Tnejn 29 ta’ Ġunju, waqt l-ispettaklu mużikali INKURUNATA.










Comments