top of page
kalc.png

Illejla l-Akkademja Mużikali 'Ecce Mater Tua'

Illejla, il-Parroċċa Flimkien mal-Kor Parrokjali Notre Dame se tippreżenta l-Akkademja Mużikali 'Ecce Mater Tua', bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-75 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja. L-A

kkademja se ssir fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar, fit-8.00pm, u se tlaqqa’ flimkien il-Kor u l-Orkestra Notre Dame taħt il-patroċinju tal-E.T. Mons. Isqof Sandro Overend Rigillo O.F.M., Vigarju Appostoliku ta’ Benghazi. Din l-akkademja twiegħed li tkun lejla ta’ mużika, devozzjoni u ġieħ lil Marija Santissima, f’okkażjoni tant sinifikanti għall-komunità Żabbarija.


Dan l-avveniment mistenni jkun xhieda oħra tal-imħabba u d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Grazzja.

 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2026 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page