top of page
kalc.png

Noel, għamilli kilo qagħaq tal-ħmira!

Noel ibigħ quddiem il-każin
Noel ibigħ quddiem il-każin

Kull nhar ta’ Ħamis u s-Sibt filgħodu, fil-Misraħ, quddiem il-każin, dejjem tara vann abjad, bi kju ta’ nies biex jixtru ħlewwiet. “Noel, għamilli kilo qagħaq tal-ħmira!”.

Noel huwa t-tielet ġenerazzjoni fil-familja tiegħu li kompla dan il-mistier. “Hawnhekk kien jiġi jbigħ anke n-nannu tiegħi, bil-karrettun.”


Fis-sajf, meta Noel kien għadu żgħir, kien ikun il-għors tiegħu li jiġi ma’ missieru, li aħna Żabbarin konna nsibuh bħala ‘l-Ġinġer’. Noel stqarr li kollox jinbiegħ, imma l-iktar popolari huma l-qagħa

q tal-ħmira.


“Esperjenza sabiħa għalija, hija li jiġu tfal żgħar mal-ġenituri tagħhom, tagħtihom qagħqa, jikbru u jgħidulek, tiftakar meta kont żgħir kont tagħtini waħda; u llum huma jiġu bit-tfal tagħhom; u din l-esperjenza baqgħet tirrepetti ruħha matul iż-żminijiet kemm minn naħa ta’ missieri u anke minn naħa tiegħi”.



 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2026 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page