top of page
kalc.png

€29,455 Miġbura b’Suċċess fil-Maratona “Bi Ħġarna għall-Festa”

Matul is-sitt edizzjoni tal-Maratona ta’ Ġbir ta’ Fondi “Bi Ħġarna għall-Festa”, inġabret b’suċċess is-somma sabiħa ta’ €29,455.


Dan ir-riżultat huwa frott il-ġenerożità tal-partitarji u ż-Żabbarin li għal darb’oħra wieġbu għall-appell tagħna u taw is-sehem tagħhom sabiex il-ħidma għall-Festa 2026 tkun tista’ tibda fuq pedament sod.


Din is-somma se twitti t-triq għal ħafna xogħol u preparazzjonijiet li diġà bdew għaddejjin. Fosthom l-organizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ qabel il-festa, il-preparamenti għall-Marċ il-Kbir ta’ San Mikiel, kif ukoll il-marċi, l-attivitajiet kulturali, mużikali u l-inizjattivi kbar li se jkunu parti mill-festa f’ġieħ Ommna Marija tal-Grazzja.


Din is-sena għandha tifsira aktar speċjali hekk kif qed nersqu lejn il-festi tal-75 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja, anniversarju storiku li se jkun imfakkar b’programm estensiv ta’ ċelebrazzjonijiet matul diversi ġimgħat.


Il-Kumitat Ċentrali jixtieq jirringrazzja lil kull min b’xi mod ta kontribut għas-suċċess ta’ din il-maratona, lill-kummissjonijiet, il-voluntiera, il-partitarji u l-benefatturi kollha. L-appoġġ tagħkom mhux biss jagħti s-saħħa finanzjarja meħtieġa, iżda jkompli juri l-imħabba kbira li teżisti lejn il-festa ta’ Ħaż-Żabbar.


Grazzi minn qalbna. Flimkien inkomplu nibnu festa oħra memorabbli, denja ta’ Ommna tal-Grazzja u tal-isem sabiħ ta’ Ħaż-Żabbar.


 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page