L-Ingravati tal-Għaqdiet Imbierka mill-Papa
- Zabbar.MT Team

- Aug 14
- 1 min read

Din il-ġimgħa Ħaż-Żabbar għex mument ieħor storiku, hekk kif il-Warda tad-Deheb, li se tiġi rregalata lill-Madonna tal-Grazzja nhar is-6 ta’ Settembru, ġiet ippreżentata lill-Papa Ljun XIV mill-Arċipriet tal-Parroċċa, Dun Roderick Camilleri, waqt udjenza fil-Vatikan.
Preżenti għal din l-okkażjoni speċjali kien hemm ukoll il-Presidenti taż-żewġ għaqdiet soċjali u mużikali ta’ Ħaż-Żabbar.
Waqt l-udjenza mal-Papa, il-Presidenti ppreżentaw l-ingravati rispettivi tal-għaqdiet tagħhom sabiex jiġu mbierka mill-Papa, f’ġest simboliku ta’ għaqda u saħħa għall-ġejjieni.

Ma’ dawn l-ingravati se jingħaqdu wkoll żewġ kallottri mbierka mill-Papa, li ngħataw lill-għaqdiet tal-Parroċċa preżenti għal din l-okkażjoni.
Dan il-mument jibqa’ tifkira sabiħa u sinifikanti għall-għaqdiet Żabbarin. Inħarsu ’l quddiem bit-tama li dan il-ġest u l-barka tal-Papa jkunu sinjal ta’ għaqda, prosperità u ħidma flimkien għall-ġejjieni tal-festa u tal-komunità Żabbarija.










Comments