top of page
kalc.png

Qattgħu Santa Marija jżejnu Ħaż-Żabbar


Ilbieraħ, f’jum il-festa ta’ Santa Marija, tim sabiħ ta’ voluntiera għażel li jqatta’ ġurnata sħiħa jaħdem b’ħeġġa għall-festa tant għażiża għalina.


Minn kmieni filgħodu, żgħażagħ u oħrajn akbar, ingħaqdu flimkien sabiex iżejnu diversi nħawi ta’ Ħaż-Żabbar u jkomplu jħejju lil Beltna għall-jiem tant mistennija tal-festa.


Ftit ftit, Ħaż-Żabbar beda jilbes il-libsa ħadra tiegħu; il-kulur tal-maġġoranza.


Kienet ġurnata oħra ta’ ħidma volontarja, għaqda u dedikazzjoni, fejn kulħadd ta sehmu biex jittella’ ħafna xogħol fi ftit sigħat.


Il-preparamenti issa qed jidħlu fl-aqwa tagħhom hekk kif il-festa tinsab wara l-bieb. Bħal-lum ġimgħa, it-toroq ta’ Ħaż-Żabbar jimtlew bil-briju għall-ewwel marċ: il-Marċ il-Kbir ta’ San Mikiel!


Il-festa riesqa u Ħaż-Żabbar diġà qed jilbes l-aqwa tiegħu!



 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2026 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page