top of page

GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA
BANDA SAN MIKIEL
ŻABBAR - A.D. 1883
Search


L-iskultur tal-Madonna tal-Grazzja: Mariano Girada
Mariano Girada (1766–1823) huwa meqjus bħala wieħed mill-akbar skulturi Maltin tal-perjodu Barokk tard. Imwieled Ħal Tarxien fis-7 ta’ Mejju 1766, kiseb fama kbira għall-istatwi polikromi tal-injam tiegħu, li fihom għaqqad ħila teknika straordinarja ma’ espressività reliġjuża profonda. Studja l-arti tal-iskultura f’Valencia, fi Spanja, esperjenza li ħalliet influwenza qawwija fuq l-istil tiegħu. Fost l-aktar xogħlijiet magħrufa tiegħu hemm il-vara titulari tal-Madonna tal-Gra
Jul 81 min read


Il-knisja filjali ta’ Santa Duminka Martri
Santa Duminka kienet martri tas-seklu 3 minn Campania, fl-Italja. Minħabba t-twemmin tagħha fi Kristu, ingħatat lill-annimali slavaġ biex jikluha iżda wara li dawn ma għamlulha xejn, ir-Rumani qatgħulha rasha. Din il-qaddisa kienet meqjuma fi Sqallija u fir-rit Ortodoss tal-Lvant. Il-festa tagħha tiġi ċċelebrata fis-6 ta’ Lulju. Il-knisja tagħha f’Ħaż-Żabbar tinsab mal-lemin tal-knisja ta’ Sant’ Andrija Appostlu, fi Triq Alessio Erardi u hija l-eqdem waħda mit-tnejn. Insibuh
Jul 61 min read


Krispin tal-Imbierek: l-imgħallem tal-kitarri
Krispin Attard b’kitarra li ħadem. fil-ħanut tiegħu fi Pjazza San Ġakbu. Persuna li niftakar sew fil-Pjazza t’Isfel kien Krispin Attard, magħruf bil-laqam tal-Imbierek. Għalkemm kien bil-pensjoni, baqa’ jaħdem xogħol fl-injam u meta jmur xi ħadd ħdejh kien joqgħod jitkellem miegħu u jirrakkonta. Fil-garaxx tiegħu, meta kien iżgħar, kien jaħdem il-frejgatini tal-injam, f’żewġ qisien differenti. Kien tgħallem din is-sengħa mingħand bennej tagħhom fil-Kalkara. Kien ukoll impjeg
Jul 42 min read


Minn fejn ġej il-laqam “Tal-Bajda”?
Il-laqam “Tal-Bajda” ilu jakkumpanja lis-soċjetà għal ħafna snin. Hemm diversi kitbiet jew stejjer li ġew irrakkuntati minn ta’ qabilna minn fejn oriġina, għalkemm diffiċli jiġi stabbilit b’ċertezza liema waħda hija l-verżjoni korretta, kollha jiffurmaw parti mill-folklor u l-identità tal-Għaqda. L-ewwel verżjoni torbot il-laqam mal-firda li seħħet fi ħdan is-Società Filarmonica del Zabbar. Jingħad li wara din il-firda, is-Soċjetà riedet turi l-indipendenza tagħha mill-Banda
Jul 31 min read


Pjazza San Ġakbu u l-għajdut tal-pesta tal-1813
Bertu Baron Xi snin ilu, fi Pjazza San Ġakbu, Bertu Baron li twieled fl-1933, irrakkontali dak li kienet tgħidlu nanntu. Skont ma kienet qaltlu, il-knisja ċkejkna ddedikata lil San Ġakbu l-Kbir kienet fejn illum tittella’ l-istatwa tal-Madonna tal-Assedju. Kien qalli wkoll li ġiet abbandunata għax, waqt il-pesta tal-1813, indifnet fiha persuna vittma tal-pesta, u minn hemm ’il quddiem in-nies beżgħu jidħlu fiha. Din it-tradizzjoni tinsab ukoll għand E. B. Vella, li fl-1926 ki
Jul 11 min read


Il-Misraħ: spazju, storja u identità Żabbarija
Sa mit-twaqqif tagħha, l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel kienet stabbilita fl-inħawi ta’ Ħaż-Żabbar magħrufa bħala l-Misraħ. Matul is-snin, dan il-post serva bħala spazju importanti għall-attivitajiet kulturali u soċjali tal-Għaqda inkluż il-Kunċert Annwali tant mistenni fuq il-Planċier artistiku, kif ukoll għall-ħajja komunitarja taż-Żabbarin. Fl-irħula Maltin, kont issib dawn il-pjazez u msieraħ li kienu propjetà pubblika fejn l-abitanti kienu jagħmlu l-kummerċ
Jun 232 min read


Xhieda ta’ Għaqda: Il-Kapitlu ta’ Birkirkara u l-Inkurunazzjoni
L-Inkurunazzjoni solenni tal-Madonna tal-Grazzja kienet avveniment li ġabar flimkien mhux biss il-parroċċa Żabbarija, iżda l-Parroċċi Maltin. F’ittra ddatata fil-25 ta’ Ġunju 1951, il-kappillan Dun Ġużepp Zarb stieden lill-kapitlu ta’ Birkirkara biex jieħu sehem fil-funzjonijiet tal-inkurunazzjoni, partikolarment għall-Matutin u ċ-ċelebrazzjonijiet tas-7 u t-8 ta’ Settembru 1951, liema talba ġiet aċċettata. Il-minuti kapitulari ta’ Birkirkara juru wkoll kif il-kapitlu kien in
Jun 191 min read


Fuq il-Baħar mal-Kursara Żabbarin
Galjotta tal-Gran Mastru Pinto mmexxija mill-Kursar Kaptan Pietro Zelalich tattakka bastiment Ottoman fl-1763 (Pittura fil-kollezzjoni Nazzjonali) Qabel il-miġja tal-Kavallieri fl-1530, Maltin diġà kienu jiksbu liċenzji għall-korso. Din kienet attività awtorizzata b’liċenzja mill-ħakkiem biex bastimenti privati jattakkaw u jaħtfu ġid u nies mingħand l-għadu. Taħt l-Ordni ta’ San Ġwann, din l-attività kibret ħafna, speċjalment kontra l-Istat Ottoman u l-kummerċ Musulman. Il-ko
Jun 182 min read


Minn tħin tal-qamħ għal residenza
Il-qamħ kien prodott essenzjali fl-iżvilupp tal-bniedem. Dan beda jiġi kkultivat fil-Lvant Nofsani fiż-Żmien Neolitiku madwar 9500 sena Q.K. F’Malta fiż-Żmien Medjavali kien hemm drabi li saret esportazzjoni ta’ qamħ u drabi oħra fejn kien hawn nuqqas tiegħu li wassal għall-ġuħ. F’dawn iċ-ċirkustanzi l-awtoritajiet kienu jordnaw kontrolli ta’ prezzijiet, u saħansitra jordnaw lill-kursara Maltin biex jaqbdu kull bastiment li qed iġorr il-qamħ li jiltaqgħu miegħu irrispettivam
Jun 162 min read


Il-knisja ta’ Sant’Andrija f’Ħaż-Żabbar: sekli ta’ storja
Il-knisja filjali ta’ Sant’ Andrija Din il-knisja tinstab fi Triq Alessio Erardi u fix-xellug tagħha tmiss magħha l-knisja ċkejkna oħra ta’ Santa Duminka u hi dedikata lil Sant Andrija Appostlu. L-ewwel darba li nsibuha dokumentata hi fil-Vista Pastorali tal-Isqof Gargallo fl-1600 li jgħid li kienet fi stat tajjeb u tissakkar b’bieb tal-injam. Kiteb ukoll li din il-knisja kienet inbniet mill-familja Farrugia. Il-knisja kienet tippossedi tomnejn raba’ bil-bjar fihom. Mill-kirj
Jun 111 min read


L-imxija tal-Influwenza Spanjola f’Ħaż-Żabbar tal-1918
Parir mis-Superintendent tas-Saħħa biex ma jinfetħux l-iskejjel f’Settembru 1918 minħabba l-Influwenza Spanjola (Arkivji Nazzjonali ta’ Malta) Fl-1918 Ħaż-Żabbar kellu madwar 7,000 abitant. Il-lokalità kienet qed tieħu dehra aktar moderna: Triq is-Santwarju kienet infetħet fl-aħħar snin tas-seklu dsatax, sqaqien infetħu ma’ toroq prinċipali, u nies mill-ibliet bdew joqogħdu f’inħawi ġodda ’l bogħod mill-Misraħ u l-Biċċieni. F’dak iż-żmien Malta kienet taħt il-ħakma Ingliża, b
Jun 92 min read


Corpus Christi
Illum bħala Nsara qegħdin niċċelebraw is-solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu, magħrufa aktar bħala l-festa ta’ Corpus Christi. Kull sena f’din il-festa solenni, il-Knisja tonora u tiċċelebra l-Preżenza Reali tal-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinità ta’ Ġesù Kristu fl-Ewkaristija. Din il-festa twaqqfet mill-Papa Urbanu IV fl-1264, sena wara li kien seħħ il-miraklu ta’ Bolsena. Fl-1263 saċerdot Ġermaniż, waqt li kien qed jagħmel pellegrinaġġ lejn Ruma, waqaf f’Bolsena biex
Jun 71 min read


Dun Ġużepp Zarb - il-Kappillan tal-Inkurunazzjoni
Dun Ġużepp Zarb, twieled il-Ħamrun nhar is-7 ta’ Diċembru 1912 u kien mgħammed fil-knisja ta’ San Gejtanu fil-11 ta’ Diċembru 1912. Il-ġenituri tiegħu kienu Ġużeppi Zarb u martu Carolina Ciancio. Kien ordnat saċerdot fil-25 ta’ Lulju 1937 mill-Isqof Mikiel Gonzi. Kien jgħallem il-Latin fis-Seminarju sakemm laħaq kappillan ta’ Ħal Kirkop fl-1941. Intbagħat Ħaż-Żabbar b’digriet maħruġ fl-4 ta’ Jannar tal-1943. Dan il-parrokat kien wieħed twil ta’ 32 sena li ġie fi tmiemu fl-197
Jun 61 min read


Qatt kont taf x’inhu l-masklu?
Maskli (L ogħob tan-nar - kliemustorja) Il-masklu hu wieħed mill-aktar elementi ikonicċi fix-xogħol tan-nar Malti li joħodna lura...
Jul 24, 20251 min read


Qatt Smajt bil-Kliem Pupress, Sarsi jew Labarda?
Fi żmien il-festi, l-armar tal-bliet u l-irħula Maltin isebbaħ l-ibliet u l-irħula tagħna, mhux b'inqas f'Beltna. Tradizzjoni li għadha...
Jul 23, 20251 min read


Is-Soprabank, l-Iskudett u l-Panew – Parti minn liema armar insibuhom?
Meta nitkellmu fuq l-armar tal-festa, wieħed mill-aktar elementi spettakolari huwa bla dubju l-planċier jew palk tal-banda. F'Ħaż-Żabbar...
Jul 22, 20251 min read


Interess kbir għall-flokk nostalġiku ta’ San Mikiel li reġa’ ngħata l-ħajja
Din il-ġimgħa, il-Kummissjoni Żgħażagħ Bajdisti nediet uffiċjalment il-flokk għall-Marċ il-Kbir ta’ San Mikiel, f’għażla li qanqlet...
Jul 14, 20251 min read


Corpus: L-Infjurata, Il-Banda San Mikiel u l-Purċissjoni Bis-Sagrament
Ilbieraħ, il-komunità Żabbarija ċċelebrat b’qima u devozzjoni l-festa ta' Corpus Christi — festa li tgħaqqad il-fidi mal-għaqda...
Jun 23, 20251 min read


Open Week fl-Iskola tal-Arti u Mużika San Mikiel: Esperjenza Unika għall-Istudenti u l-Ġenituri
F’ġimgħa mimlija attivitajiet u esperjenzi edukattivi, l-Iskola tal-Arti u Mużika San Mikiel fetħet il-bibien tagħha għal Open Week...
May 5, 20252 min read


L-Erbgħa tat-Tniebri f'Ħaż-Żabbar
Kull sena, Ħaż-Żabbar isir ċentru ta’ riflessjoni u devozzjoni waqt L-Erbgħa tat-Tniebri, attività li tfakkar il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù...
Mar 29, 20251 min read

bottom of page