top of page
kalc.png

Corpus Christi


Illum bħala Nsara qegħdin niċċelebraw is-solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu, magħrufa aktar bħala l-festa ta’ Corpus Christi. 


Kull sena f’din il-festa solenni, il-Knisja tonora u tiċċelebra l-Preżenza Reali tal-Ġisem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinità ta’ Ġesù Kristu fl-Ewkaristija. Din il-festa twaqqfet mill-Papa Urbanu IV fl-1264, sena wara li kien seħħ il-miraklu ta’ Bolsena. 


Fl-1263 saċerdot Ġermaniż, waqt li kien qed jagħmel pellegrinaġġ lejn Ruma, waqaf f’Bolsena biex jiċċelebra l-Quddiesa. Kien saċerdot twajjeb, imma kien isibha diffiċli biex jemmen li Kristu kien tassew preżenti fl-Ostja kkonsagrata. Waqt li kien qed jikkonsagra, demm beda nieżel mill-Ostja kkonsagrata u ċarċar ma’ jdejh fuq l-artal u l-korporal. Waqqaf il-Quddiesa u talab biex jeħduh fil-belt viċin ta’ Orvieto, fejn dak iż-żmien kien joqgħod il-Papa. Dan il-korporal imċappas bid-Demm ta’ Kristu għadu sal-lum relikwa fil-Katidral ta’ Orvieto.


Il-parroċċa tagħna, minn dejjem kienet tiċċelebra din il-festa bl-akbar qima. Il-Knisja tkun imżejna b’mod sabiħ, fejn jispikka l-artal maġġur, li jkun imżejjen b’ammont kbir ta’ xemgħat. 

Ejjew f’din il-ġurnata, insibu ħin għall-Quddiesa, u filgħaxija nieħdu sehem fil-purċissjoni, fejn nimxu wara Ġesù ħaj. 

  

O Ġesù Ewkaristija, kun Int il-ferħ u l-hena ta’ ħajti kollha.

 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2026 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page