top of page
kalc.png

Dun Ġużepp Zarb - il-Kappillan tal-Inkurunazzjoni

Dun Ġużepp Zarb, twieled il-Ħamrun nhar is-7 ta’ Diċembru 1912 u kien mgħammed fil-knisja ta’ San Gejtanu fil-11 ta’ Diċembru 1912. Il-ġenituri tiegħu kienu Ġużeppi Zarb u martu Carolina Ciancio. Kien ordnat saċerdot fil-25 ta’ Lulju 1937 mill-Isqof Mikiel Gonzi. Kien jgħallem il-Latin fis-Seminarju sakemm laħaq kappillan ta’ Ħal Kirkop fl-1941. Intbagħat Ħaż-Żabbar b’digriet maħruġ fl-4 ta’ Jannar tal-1943.


Dan il-parrokat kien wieħed twil ta’ 32 sena li ġie fi tmiemu fl-1975, meta kien maħtur Arċipriet u Monsinjur tal-Katidral tal-Imdina. Il-kappillan Zarb mill-ewwel beda jaħdem biex isewwi s-Santwarju mill-ħsarat ikkaġunati mill-gwerra u ntefa' jaħdem biex il-kwadru titulari jkun inkurunat.


Biex jilħaq dan l-għan beda billi jżejjen b’mod artistiku l-knisja u għalhekk qabbad diversi artisti u dekoraturi biex jagħmlu dan ix-xogħol. L-aktar li ħadmu fil-knisja f’dan il-perjodu kienu l-pittur Żejtuni Ġużeppi Marija Caruana, l-iskultur Rabti Ġużeppi Galea, l-iskultur Belti John Spiteri Sacco u d-disinjatur Rabti Carmelo Tonna. Biss l-ikbar kisba tal-kappillan Zarb kienet li, ma’ dawn u artisti oħra, irnexxielu jiġbor grupp kbir ta’ voluntiera Żabbarin. Dawn ħadmu qatigħ għall-preparamenti ta’ armar u manutenzjoni ġenerali tas-Santwarju fil-ħin liberu tagħhom, u ankè fil-Ħdud u l-festi, bla ebda skop ta’ interess għal dħul finanzjarju.


Dun Ġużepp Zarb miet fis-27 ta’ Frar 1985 u l-funeral tiegħu sar f’Ħaż-Żabbar li tant ħabb matul ħajtu.



Ritratti: Il-voluntiera li għenu biex jitlestew ix-xogħlijiet fis-Santwarju għall-Inkurunazzjoni (Arkivju Parrokkjali Żabbar, Album tal-Benefatturi tas-Santwarju)

 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page