top of page
kalc.png

GĦADA AGĦTI S-SEHEM TIEGĦEK GĦALL-ISBAĦ U L-AQWA FESTA

Għada se tittella’ s-sitt edizzjoni tal-Maratona ta’ Ġbir ta’ Fondi “Bi Ħġarna għall-Festa”, inizjattiva li matul dawn l-aħħar sitt snin saret il-punt tat-tluq għall-ħidma u l-impenn ta’ ġbir ta’ donazzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi ffinanzjata l-festa.


Permezz ta’ din il-maratona, l-Għaqda tagħna tibda uffiċjalment il-ħidma għall-organizzazzjoni tal-festa, filwaqt li l-Kumitat Ċentrali jappella għall-ġenerożità tal-partitarji u ż-Żabbarin kollha sabiex ikomplu jagħtu s-sehem tagħhom.


Din is-sena l-Kumitat Ċentrali, flimkien mal-kummissjonijiet u għadd ta’ volontiera, qed jaħdem bla heda biex iħejju programm estensiv ta’ attivitajiet u inizjattivi fl-okkażjoni tal-75 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja. Dan l-anniversarju storiku se jkun imfakkar permezz ta’ aktar minn xahar ta’ attivitajiet reliġjużi, kulturali u oriġinali.


Dawn l-inizjattivi għandhom ikomplu jikkonfermaw, għal sena oħra, il-ħidma kontinwa ta’ Ħaż-Żabbar fl-organizzazzjoni ta’ festa li għal bosta hija meqjusa bħala l-isbaħ u l-aqwa festa ta’ Malta. Dan ġie kkonfermat ukoll permezz tar-rikonoxximenti annwali mogħtija mill-vot pubbliku ta’ LovinMalta Social Media Awards għal sentejn konsekuttivi.


Napprezzaw id-donazzjonijiet tiegħek permezz ta’:


BOV: 77001883

Revolut: 99473149


Kull donazzjoni, żgħira jew kbira, hija apprezzata u tgħin biex il-festa tal-2026 tkun waħda memorabbli u denja ta’ dan l-anniversarju storiku.


 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2024 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page