Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù
- Zabbar.MT Team

- 3 days ago
- 1 min read
Illum niċċelebraw is-solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.

Din il-festa turina l-imħabba u l-ħniena bla qies li Sidna Ġesù Kristu għandu għalina. Din id-devozzjoni bdiet bejn is-seklu 11 u 12, imma saret aktar popolari fis-seklu 17, meta Santa Margerita Marija Alacoque kellha dehriet privati minn Ġesù, li fihom uriha l-Qalb tiegħu bħala simbolu tal-imħabba bla limitu għall-umanità.
Il-Kappillan Leopoldu Farrugia, kien devot kbir tal-Qalb ta’ Ġesù, u tul il-parrokat tiegħu (1886-1918), kabbar din il-festa permezz ta’ armar apposta u tliet pitturi tal-artist Rafel Galiardi. Fi żmienu, l-artal maġġur, beda jkun imżejjen b’diversi xemgħat għall-festa ta’ Corpus bħalma għadu jsir illum, kif ukoll kienet tiddendel kuruna u mant kbir; li sfortunatament fit-Tieni Gwerra Dinjija ġarrab diversi ħsarat irreparabbli.

Illejla, il-Banda San Mikiel se tkun qed takkumpanja l-purċissjoni b’innijiet Ewkaristiċi. Ejjew aħna wkoll nieħdu sehem, u nuru l-imħabba tagħna lejn Ġesù Ewkaristija.
O Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, kebbes fina n-nar ta’ mħabbtek.










Comments