Tiftakruha lil Karmena tal-Bajd u l-karru mimli daqs bajda?
- Zabbar.MT Team

- Jun 20
- 1 min read

Kull nhar ta’ Tlieta u s-Sibt, kont tara lil Karmena ġejja min-naħa ta’ Santa Marija, timbotta karru tal-ħadid, mgħobbi bil-prodotti tar-raba’ u l-bajd frisk.
Karmena kienet kompliet dak li kienet bdiet ommha, tbigħ il-prodotti agrikoli li kien jikber fl-għelieqi tal-familja, u li kien ukoll l-għajxien tagħha. Sakemm ma kinitx tkun xi xita qawwija, kont taraha ddur fit-toroq taċ-ċentru ta’ Ħaż-Żabbar, b’mod speċjali fil-Misraħ, Triq Bajjada u n-naħa tal-Knisja. U mhux l-ewwel darba kienet tibqa’ dieħla lejn il-Biċċieni. Kienet toħroġ mgħobbija, u ħafna drabi tidħol lura d-dar vojta. Damet toħroġ tbigħ sa ma kellha 77 sena.
Illum, il-karru li kien ikun mimli daqs bajda hu vojt, għaliex issa Karmena ma għadx għandha s-saħħa timbuttah. Lil Karmena nawgurawlha saħħa u għomor twil, l-istess awguri li hi dejjem xtaqet lill-klijenti tagħha li ta’ kull ġimgħa kienu jixtru mingħandha.
Ħajr lil The People of Malta.










Comments