The Advent: Artist internazzjonali ieħor qabel il-festa f’Ħaż-Żabbar
- Zabbar.MT Team

- 1 day ago
- 1 min read

Il-programm ta’ avvenimenti ta’ qabel il-festa f’Ħaż-Żabbar ikompli jissaħħaħ hekk kif l-Erbgħa tħabbar artist internazzjonali ieħor li se jkun qed iżur Malta. The Advent, wieħed mill-aktar ismijiet rispettati fix-xena internazzjonali tat-techno, se jkun il-protagonist ta’ serata speċjali organizzata minn Puregreen fil-Verde Club Lounge.
Magħruf għall-istil qawwi u enerġetiku tiegħu, The Advent, magħruf ukoll bħala Cisco Ferreira, ilu għal aktar minn tletin sena fost l-aktar artisti influwenti fid-dinja tal-mużika elettronika. Matul il-karriera tiegħu kien protagonista f’uħud mill-akbar festivals u avvenimenti tat-techno fid-dinja, fosthom Awakenings, I Love Techno, Time Warp, Mayday, Nature One u Love Parade. Barra minn hekk, daqq f’postijiet leġġendarji bħal Berghain, Tresor, Fabrik u Lehmann, u baqa’ jispikka bħala wieħed mill-pijunieri tal-ġeneru.
F’din is-serata speċjali, The Advent se jingħaqad ma’ Junior B, wieħed mill-aktar DJs stabbiliti u rispettati fix-xena tal-clubbing f’Malta. Junior B se jippreżenta set esklussiv ta’ klassiċi ta’ kull żmien, li jwiegħed vjaġġ mużikali mimli nostalġija u memorji għal dawk kollha li jħobbu l-aqwa mużika elettronika. L-avveniment se jinkludi wkoll artisti lokali oħra.
The Advent, flimkien ma’ Junior B u artisti oħra, se jkunu fil-Verde Club Lounge nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Awwissu 2026, mit-8:00pm ’l quddiem.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn: www.puregreen.mt/theadvent.










Comments