top of page

GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA
BANDA SAN MIKIEL
ŻABBAR - A.D. 1883
Search


Il-knisja filjali ta’ Santa Duminka Martri
Santa Duminka kienet martri tas-seklu 3 minn Campania, fl-Italja. Minħabba t-twemmin tagħha fi Kristu, ingħatat lill-annimali slavaġ biex jikluha iżda wara li dawn ma għamlulha xejn, ir-Rumani qatgħulha rasha. Din il-qaddisa kienet meqjuma fi Sqallija u fir-rit Ortodoss tal-Lvant. Il-festa tagħha tiġi ċċelebrata fis-6 ta’ Lulju. Il-knisja tagħha f’Ħaż-Żabbar tinsab mal-lemin tal-knisja ta’ Sant’ Andrija Appostlu, fi Triq Alessio Erardi u hija l-eqdem waħda mit-tnejn. Insibuh
Jul 61 min read


“‘L-iskarpan b’żarbun imqatta’ joqgħod’ – ma japplikax għalija” Twanny
F’ħanut ċkejken fi Triq il-Grazzji, jilqgħek raġel bi tbissima, li ħafna minna xi darba jew oħra morna, jew għadna morru b’xi żarbun jew b’xi basket biex jirranġah. Dan huwa Twanny l-iskarpan. Twanny kien bravu fl-iskola; imma ma kompliex bl-istudju tiegħu, għaliex ried imur jaħdem biex jixtri kitarra. Kien żmien il-Beatles, u sħabu tax-xogħol kienu laqqmuh il-Beatlu. “Konna ffurmajna grupp indoqqu ġo garaxx; imma meta miet ħija fuq il-post tax-xogħol, sfrattajna”. L-ewwel
Jul 51 min read


Krispin tal-Imbierek: l-imgħallem tal-kitarri
Krispin Attard b’kitarra li ħadem. fil-ħanut tiegħu fi Pjazza San Ġakbu. Persuna li niftakar sew fil-Pjazza t’Isfel kien Krispin Attard, magħruf bil-laqam tal-Imbierek. Għalkemm kien bil-pensjoni, baqa’ jaħdem xogħol fl-injam u meta jmur xi ħadd ħdejh kien joqgħod jitkellem miegħu u jirrakkonta. Fil-garaxx tiegħu, meta kien iżgħar, kien jaħdem il-frejgatini tal-injam, f’żewġ qisien differenti. Kien tgħallem din is-sengħa mingħand bennej tagħhom fil-Kalkara. Kien ukoll impjeg
Jul 42 min read

bottom of page