top of page

GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA
BANDA SAN MIKIEL
ŻABBAR - A.D. 1883
Search


Min kien Alessio Erardi?
Alessio Erardi kien wieħed mill-aktar artisti Maltin distinti tal-perjodu Barokk. Imwieled fl-1669, kien iben il-pittur magħruf Stefano Erardi, mingħandu kiseb l-ewwel tagħlim artistiku. Bejn l-1695 u l-1701 qatta’ madwar ħames snin u nofs f’Ruma, fejn kompla jistudja u ġie influwenzat mill-arti Barokka Taljana, b’mod partikolari mill-istil ta’ Mattia Preti. Interessanti li, għalkemm hu magħruf bħala Alessio Erardi, ir-reġistru tal-magħmudija tiegħu juri li ngħata l-isem Gius
Jul 191 min read


Kont taf li titlu tal-Madonna tal-Karmnu ġej minn muntanja?
Pittura tal-Madonna tal-Karmnu - Francesco Zahra, li tinsab fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Zabbar Fis-seklu tnax, eremiti nsara marru jgħixu ħajja ta’ talb u ġabra fuq għolja tal-Karmelu, f’Iżrael; l-istess għolja li fuqha l-Profeta Elija kien talab għax-xita għax l-art kienet niexfa qoxqox. L-eremiti nsara kienu xebbhu s-sħaba żgħira li kien ra Elija mal-Madonna, Omm Alla, li ġabet il-ħajja fid-dinja li kienet mejta bid-dnub, u bdew jonoraw lill-Madonna b’titlu ġdid,
Jul 161 min read


Il-vuċi li ħonqot il-Misraħ!
Ħaż-Żabbar jinsab imnikket bl-aħbar li d-DJ Ryan Spiteri, residenti l-Misraħ, fl-aħħar sigħat ħalla din id-dinja b’mod traġiku. Aħbar li ħasdet lill-komunità kollha u ħalliet vojt kbir fost il-familjari, il-ħbieb u dawk kollha li jingħaqdu minn sena għal oħra fil-festa Żabbarija. Ryan twieled fid-29 ta’ Mejju 1979. Għex għal diversi snin f’Birżebbuġa u, f’dawn l-aħħar snin, kien residenti fostna f’Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar. Tul il-karriera tiegħu kien DJ fuq diversi stazzj
Jul 151 min read

bottom of page