top of page

GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA
BANDA SAN MIKIEL
ŻABBAR - A.D. 1883
Search


Illejla fuq TVM: 75 Sena Inkurunata – Is-Santwarju Bħal Qatt Qabel
Illejla, fid-8.45pm fuq TVM, tixxandar l-Akkademja Mużikali “75 Sena Inkurunata – Is-Santwarju Bħal Qatt Qabel”, okkażjoni speċjali mtella’ mill-Banda San Mikiel fl-okkażjoni tal-75 sena anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari t’Ommna tal-Grazzja. Akkademja li rat lis-Santwarju jinbidel f’esperjenza mużikali u artistika, fejn il-mużika, il-kant u d-devozzjoni ngħaqdu flimkien f’serata li fissret ħafna għall-komunità Żabbarija. Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Diret
Aug 151 min read


L-Ingravati tal-Għaqdiet Imbierka mill-Papa
Din il-ġimgħa Ħaż-Żabbar għex mument ieħor storiku, hekk kif il-Warda tad-Deheb, li se tiġi rregalata lill-Madonna tal-Grazzja nhar is-6 ta’ Settembru, ġiet ippreżentata lill-Papa Ljun XIV mill-Arċipriet tal-Parroċċa, Dun Roderick Camilleri, waqt udjenza fil-Vatikan. Preżenti għal din l-okkażjoni speċjali kien hemm ukoll il-Presidenti taż-żewġ għaqdiet soċjali u mużikali ta’ Ħaż-Żabbar. Waqt l-udjenza mal-Papa, il-Presidenti ppreżentaw l-ingravati rispettivi tal-għaqdiet tagħ
Aug 141 min read


Bħal-lum xahar tal-Grazzja tterraq ma’ Ħaż-Żabbar
Bħal-lum xahar, Ħaż-Żabbar ikun qed jgħix wieħed mill-isbaħ u l-aktar mumenti mistennija tas-sena: il-Festa t’Ommna tal-Grazzja. Bħal-lum xahar, il-vara devota tal-Madonna tal-Grazzja toħroġ mis-Santwarju u tterraq qalb it-toroq u l-pjazez Żabbarin, akkumpanjata minn mijiet ta’ devoti li jimxu warajha f’lejla mimlija devozzjoni u mħabba lejn Ommna tal-Grazzja. Din is-sena, din il-ġurnata se jkollha tifsira aktar speċjali hekk kif qed infakkru l-75 sena anniversarju mill-Inkur
Aug 131 min read

bottom of page