top of page
kalc.png

L-umbrelel ikkuluriti mill-ġdid f’Ħaż-Żabbar

Wara s-suċċess tas-snin li għaddew, iż-Żabbar Street Festival jerġa’ jirritorna nhar is-Sibt 13 ta’ Ġunju, b’programm varjat ta’ attivitajiet u attrazzjonijiet li se jagħtu l-ħajja lit-toroq u l-pjazez ewlenin ta’ Ħaż-Żabbar.


L-attivitajiet jibdew mis-7:30pm ’l quddiem u huma maħsuba biex joffru esperjenza għall-familja kollha. It-tfal se jkunu jistgħu jgawdu minn diversi logħob u attrazzjonijiet, filwaqt li l-familji kollha jkollhom l-opportunità jqattgħu serata f’ambjent rilassanti.



Waħda mill-aktar attrazzjonijiet mistennija hija l-installazzjoni artistika tal-umbrelel fi Triq il-Kbira, li bħal kull sena tiġbed l-attenzjoni ta’ mijiet ta’ Maltin, barranin u turisti li jżuru l-festival biex jammiraw dan l-isfond ikkulurit u uniku.


Din is-sena l-festival se jinkludi wkoll diversi attrazzjonijiet ġodda, fosthom wirja ta’ artifatti maħduma fil-melħ u artisti li se jkunu qed ipinġu murals live waqt l-avveniment, biex il-pubbliku jkun jista’ jsegwi l-proċess kreattiv mill-qrib.


Dawk li jħobbu l-karozzi se jkollhom l-opportunità jżuru car show b’vetturi esebiti fiż-żewġ pjazez ewlenin.


Matul is-serata ma jonqosx ukoll ikel u xorb, filwaqt li l-partitarji tal-futbol jistgħu jsegwu dirett il-logħob tat-Tazza tad-Dinja.


Iż-Żabbar Street Festival huwa miġjub lilkom grazzi għal:

Arts Council Malta · ESS - Electrical Supplies & Services · Clean Malta - Cleansing and Maintenance Division · Project Green · Pepsi · Cisk · Visit Malta · Barun Confectionery · Telezone Light Rental · Tramanja transport

 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2026 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page