top of page
kalc.png

“‘L-iskarpan b’żarbun imqatta’ joqgħod’ – ma japplikax għalija” Twanny


F’ħanut ċkejken fi Triq il-Grazzji, jilqgħek raġel bi tbissima, li ħafna minna xi darba jew oħra morna, jew għadna morru b’xi żarbun jew b’xi basket biex jirranġah. Dan huwa Twanny l-iskarpan. 


Twanny kien bravu fl-iskola; imma ma kompliex bl-istudju tiegħu, għaliex ried imur jaħdem biex jixtri kitarra. Kien żmien il-Beatles, u sħabu tax-xogħol kienu laqqmuh il-Beatlu. “Konna ffurmajna grupp indoqqu ġo garaxx; imma meta miet ħija fuq il-post tax-xogħol, sfrattajna”.  


L-ewwel xogħol ta’ Twanny kien ġo fabbrika taż-żraben. Imbagħad 49 sena ilu fetaħ dan il-ħanut żgħir, u li għadhu jaħdem fih sal-lum. Minn dan il-ħanut Twanny rabba familja. Għal Twanny ma japplikax il-qawl: ‘l-iskarpan b’żarbun imqatta’ joqgħod’. “Jien għandi ’l fuq minn 150 żarbun, u ma għandix wieħed imqatta’!” 


Illum Twanny għandu 79 sena, u jiġi kuljum minn San Ġiljan b’tal-linja. “Jiena ngħix, għax għadni niġi hawn, għax kieku naqa’ fil-mumja. X’noqgħod nagħmel id-dar?” 


Twanny rrakkonta fatt ħelu: “Darba kont Londra, u xi ħadd ħasibni Carlos Santana u talabni biex niffirmalu fuq ritratt tiegħu ... Jien iffirmajtlu!” 



Ħajr lil the People of Malta. 


 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2026 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page