top of page
kalc.png

Kont taf li titlu tal-Madonna tal-Karmnu ġej minn muntanja?

Pittura tal-Madonna tal-Karmnu - Francesco Zahra, li tinsab fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Zabbar
Pittura tal-Madonna tal-Karmnu - Francesco Zahra, li tinsab fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Zabbar

Fis-seklu tnax, eremiti nsara marru jgħixu ħajja ta’ talb u ġabra fuq għolja tal-Karmelu, f’Iżrael; l-istess għolja li fuqha l-Profeta Elija kien talab għax-xita għax l-art kienet niexfa qoxqox. L-eremiti nsara kienu xebbhu s-sħaba żgħira li kien ra Elija mal-Madonna, Omm Alla, li ġabet il-ħajja fid-dinja li kienet mejta bid-dnub, u bdew jonoraw lill-Madonna b’titlu ġdid, il-Madonna tal-għolja tal-Karmelu, u waqqfu Ordni ddedikat prinċipalment għall-ħajja kontemplattiva. Illum insibuh bl-isem tal-Ordni tal-Karmelitani.


Hemm tradizzjoni li tgħid li fis-16 ta’ Lulju 1251, il-Madonna dehret lil San Xmun Stock, li kien superjur Ġenerali tal-Karmelitani, u wrietu l-labtu, u wiegħdet grazzji speċjali għal kull min jilbsu. Din il-ġrajja ġiet impittra mill-artist magħruf Francesco Żahra, u tinsab f’wieħed mill-altari tan-navi li nsibu fis-Santwarju tagħna. Fil-Mużew tas-Santwarju, hemm ukoll kwadru żgħir tal-Madonna tal-Karmnu impitter mill-artist ċelebri Mattia Preti.


Żewġ fatti interessanti: li l-aħħar dehra tal-Madonna f’Lourdes seħħet fis-16 ta’ Lulju 1858; u fl-aħħar dehra tal-Madonna ġewwa Fatima, fit-13 ta’ Ottubru 1917, il-Madonna dehret liebsa bil-labtu Karmelitan.

Bħal-lum ġimgħa, fit-23 ta’ Lulju, l-banda tagħna, ukoll se tkun qed tieħu sehem fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu li tiġi ċċelebrata fiż-Żurrieq, f’marċ grandjuż li jibda fit-8.30pm.

Ejjew illum lill-Madonna ngħidulha: Nimxu warajk kull fejn teħodna, Verġni Marija!

 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2026 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page