top of page
kalc.png

ILLUM 100 JUM GĦALL-FESTA


100 jum għall-festa – pass ieħor importanti fil-mixja lejn ċelebrazzjoni storika u memorabbli. Din is-sena qed infakkru b’ħeġġa kbira l-75 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja, avveniment li ħalla marka fil-qalb tal-poplu Żabbari.


Din is-sena l-Għaqda tagħna, flimkien mal-voluntiera fi ħdanha, qed jaħdmu bla waqfien għall-organizzazzjoni ta’ festa memorabbli, b’inizjattivi uniċi u avvenimenti storiċi li se jkomplu jagħmlu l-festa tagħna waħda mill-isbaħ u l-aqwa f’pajjiżna.


Illum nimmarkaw il-bidu ta’ mixja ta’ aktar impenn lejn it-13 ta’ Settembru, il-jum li fih nilqgħu fil-pjazez tagħna lil Ommna tal-Grazzja. Matul dawn il-100 jum se naraw diversi inizjattivi speċjali li jkomplu jsaħħu d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Grazzja u jgħaqqdu lill-komunità kollha fi spirtu ta’ festa.


Il-Ġimgħa d-dieħla nibdew bl-ewwel avveniment minn sensiela ta’ inizjattivi: Żabbar Street Festival, fejn għal darb’oħra se naraw it-toroq Żabbarin jieħdu l-ħajja bl-installazzjoni artistika tal-umbrelel, attrazzjoni li kisbet popolarità kbira kemm mal-Maltin kif ukoll ma’ bosta barranin u turisti. Din is-sena se jiżdiedu wkoll elementi dekorattivi u artistiċi ġodda li se jkomplu jsebbħu t-toroq tagħna.


Barra minn hekk, se jkunu organizzati diversi attivitajiet għall-familja kollha, logħob interattiv għat-tfal, big screen bix-xandir dirett tal-logħob tat-Tazza tad-Dinja, kif ukoll car show b’karozzi ta’ marki differenti.


Il-Ħadd se tiġi organizzata l-Maratona Ġbir ta’ Fondi, mill-10:00 a.m. ’l quddiem, li matulha se jinġabru fondi għall-organizzazzjoni tal-festa ta’ din is-sena.

 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2026 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page