top of page
kalc.png

Illejla jibda 'Ma Tagħmlu Xejn' fuq TVM – Darren Bonavia jirrappreżenta lill-Għaqda tagħna

Illejla fuq TVM jibda jixxandar 'Ma Tagħmlu Xejn', il-kwiżż il-ġdid iddedikat għall-Festa Maltija, programm li se jgħaqqad tagħrif, sfidi, daħk u passjoni għall-wirt kulturali tagħna. Il-programm, ippreżentat minn Ron Briffa, se jixxandar kull nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa fid-9.15pm.


L-Għaqda tagħna se tkun irrappreżentatha minn Darren Bonavia, li llejla se jikkompeti fl-ewwel programm.


Dan il-programm għandu wkoll tifsira speċjali għall-Għaqda tagħna, hekk kif tim ta’ voluntiera tagħna kkollabora b’mod sħiħ mal-produzzjoni ta’ Fixfixow Rock, l-edizzjoni finali ta’ wieħed mill-aktar programmi segwiti fl-aħħar xhur, li għalih attendew għexieren ta’ spettaturi b’sala mimlija b’suċċess.


Din il-kollaborazzjoni tkompli turi l-impenn tal-voluntiera tagħna mhux biss fil-festa, iżda wkoll fil-produzzjoni ta’ avvenimenti ta’ livell għoli.


Nawguraw suċċess lill-parteċipanti kollha u nifirħu lil TVM għall-inizjattiva li qed tippromwovi l-kultura tal-festi b’mod innovattiv u modern.

 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2026 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page