Illejla fuq TVM: 75 Sena Inkurunata – Is-Santwarju Bħal Qatt Qabel

Illejla, fid-8.45pm fuq TVM, tixxandar l-Akkademja Mużikali “75 Sena Inkurunata – Is-Santwarju Bħal Qatt Qabel”, okkażjoni speċjali mtella’ mill-Banda San Mikiel fl-okkażjoni tal-75 sena anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari t’Ommna tal-Grazzja.
Akkademja li rat lis-Santwarju jinbidel f’esperjenza mużikali u artistika, fejn il-mużika, il-kant u d-devozzjoni ngħaqdu flimkien f’serata li fissret ħafna għall-komunità Żabbarija.
Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Matthew Grech, il-Banda San Mikiel, flimkien mal-artisti mistiedna, wasslet programm mużikali maħsub apposta għal din l-okkażjoni storika, li fakkar ir-rabta qawwija bejn iż-Żabbarin u Ommna tal-Grazzja.
Min ma kellux l-opportunità jsegwiha fis-Santwarju, jew jixtieq jerġa’ jgħix l-emozzjonijiet ta’ dik il-lejla, għandu appuntament illejla fuq TVM.











Comments