Il-Banda taż-Żabbarin fil-festa ta’ San Ġużepp f’Ħal Kirkop
- Javan Grech
- Jul 12
- 1 min read

Ta’ kull sena l-Banda San Mikiel tagħti servizz fil-Festa ta’ San Ġużepp. Dan is-servizz imur lura għal aktar minn erbgħin sena. Tul is-snin, il-Banda San Mikiel kienet preżenti b’mod kostanti, u tat servizz mużikali ta’ livell għoli permezz ta’ marċi brijużi, programmi strumentali u l-Innu kbir tas-Surmast Abela Scolaro li flimkien mal-kant tal-Kor tal-Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar, il-Kor Notre Dame, jakkumpanjaw il-purċissjoni ta’ San Ġużepp. Is-sehem tagħha jżid mal-atmosfera ta’ ferħ u devozzjoni li tikkaratterizza l-festa ta’ San Ġużepp, filwaqt li jkompli jsaħħaħ il-valur kulturali u mużikali ta’ din il-festa tant għażiża għar-raħal ta’ Ħal Kirkop.
Dan is-servizz mhux biss jixhed il-livell mużikali tal-Banda San Mikiel, iżda wkoll il-ħbiberija u r-rispett reċiproku li nħolqu bejn iż-żewġ komunitajiet matul is-snin. Il-kontinwità ta’ din it-tradizzjoni hija frott tal-impenn tal-mużiċisti, il-voluntiera u l-amministrazzjonijiet li dejjem ħadmu biex din ir-rabta tibqa’ ħajja. Dan is-servizz ma jurix biss l-għaqda bejn iż-żewġ irħula, iżda l-għaqda u kollaborazzjoni tal-Banda ma’ gruppi oħrajn f’Beltna.
Illum, wara aktar minn erba’ deċennji ta’ servizz bla waqfien, il-Banda San Mikiel flimkien mal-Kor Notre Dame ser jerġgħu jagħtu servizz f’din il-festa tant ħelwa ta’ San Ġużepp f’Ħal Kirkop.










Comments