DIN IL-ĠIMGĦA NIBDEW NIŻVELAW L-EWWEL SORPRIŻI GĦALL-FESTA
- Zabbar.MT Team

- Jun 21
- 1 min read

Din il-ġimgħa se jibdew jiġu żvelati l-ewwel sorpriżi relatati mal-festa tant mistennija ta’ Ħaż-Żabbar, hekk kif il-preparamenti qed jintensifikaw u l-istennija tal-poplu Żabbari tkompli tikber. Din is-sena hija waħda speċjali ħafna, hekk kif qed jiġi mfakkar l-75 anniversarju mill-inkurunazzjoni tal-kwadru titulari tal-Madonna tal-Grazzja.
Il-Kumitat, flimkien mal-Kummissjonijiet u bosta msieħba oħra, qed jaħdmu bla heda fuq kalendarju estensiv ta’ inizjattivi, attivitajiet u proġetti li għandhom iħallu marka għal sena oħra. Kalendarju ta’ attivitajiet maħsuba biex ikomplu jsaħħu t-tradizzjoni tal-festa, ikattru l-kult kulturali u jrawmu l-ispirtu ta’ devozzjoni lejn il-Madonna tal-Grazzja.
Fl-istess ħin, qed jitħejjew ukoll diversi inizjattivi innovattivi li se joħolqu spettaklu uniku u memorabbli li beltna tant magħrufa għalih.
Dan kollu jkompli jikkonferma l-ħidma kontinwa sabiex il-festa ta’ Ħaż-Żabbar tibqa’ titqies bħala l-isbaħ u l-aqwa festa f’Malta, ċċelebrata matul ix-xhur ta’ Awwissu u Settembru.










Comments