top of page
kalc.png

Bħal-lum Xahar – Il-Marċ il-Kbir ta’ San Mikiel

Bħal-lum xahar, Ħaż-Żabbar jerġa’ jitlibbes il-lewn aħdar għall-marċ tant mistenni tas-sena. It-toroq ċentrali ta’ Ħaż-Żabbar jimtlew bil-briju hekk kif il-Banda San Mikiel tilqa' mijiet ta’ partitarji u Żabbarin għal waħda mill-isbaħ ġranet fil-kalendarju tal-Għaqda.


Il-Marċ il-Kbir ta’ San Mikiel illum stabilixxa ruħu bħala tradizzjoni li ħafna jqisuha bħala t-tieni 'Te Deum'. Huwa jum fejn il-qalb tal-poplu Żabbari tħabbat għal-lewn ħadran.


Matul il-marċ, il-Banda San Mikiel tinterpreta wħud mill-isbaħ u l-aktar marċi popolari tagħha, filwaqt li mijiet ta’ partitarji joħonqu t-toroq bil-briju l-kant.


Dak li llum sar wieħed mill-akbar avvenimenti ta’ qabel il-festa beda minn deċiżjoni kuraġġuża li ħa l-Kumitat Ċentrali fl-2018. Dak iż-żmien ittieħdet id-deċiżjoni li jinbidel il-jum tradizzjonali tal-marċ u titwaqqaf inizjattiva ġdida li llum kulħadd jafha bħala Jum il-Banda San Mikiel.

Deċiżjoni li dak iż-żmien kienet meqjusa bħala sfida, iżda li maż-żmien tat il-frott tagħha hekk kif il-marċ kiber sena wara sena u sar wieħed mill-aktar appuntamenti mistennija mill-partitarji u l-komunità Żabbarija kollha.


Bħal kull sena, wara l-marċ jittella' Green Rally kbir fil-bitħa tal-Każin.


Fadal biss xahar ieħor biex nerġgħu niltaqgħu fit-toroq ta’ Ħaż-Żabbar u nkomplu niktbu kapitlu ieħor fl-istorja tal-Għaqda tagħna.

 
 
 

Comments


AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2026 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@ZABBAR.ORG.MT

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
bottom of page